Joseph's Vision

"I want to see the Labour Party not only transformed internally but rather taking in its stride the leading role to transform the country’s agenda into a more progressive one. I want to see the Labour Party at the forefront of proposing and advocating the environmental reforms and social changes that are overdue under this conservative rule."


Sunday 27 April 2008

MLP Leadership Contest - Michael Falzon's Open Democracy

Here's a note Michael Falzon left on Facebook today. He's introduced a concept of consultative referendums within the Labour Party in deciding party policy - and eventually Government policy.

It sounds like a good idea, and as Michael says in his comments it's something that's been used in other EU countries. I'm personally not sure how effective it is in creating coherent policy though.

In reality, people hold contradictory views at the same time. Put at it's simplest, people will vote to cut taxes and to increase services (i.e. raise spending). So, we definitely need to hear a few more detials to see exactly when and how this 'open democracy' will apply

Anyway, here's Michael's article ....

"Punt fejn jista’ jkun li waqajna lura meta mqabbla ma’ sħabna s-Soċjalisti Ewropej, huwa fejn jidħol it-tiġdid ta’ l-identità xellugija tagħna. Dan it-tiġdid huwa meħtieġ, biex il-prinċipji li jsawruna jibqgħu rilevanti għall-ħajja politika tal-lum. Bosta partiti xellugin fl-Ewropa, għandhom strutturi miftuħa li kontinwament għaddejjin jistudjaw xejriet ġodda li jridu jagħtu lill-politika tagħhom fit-tħaddim prattiku tagħha. Hija xewqa tiegħi, kemm-il darba nkun maħtur Mexxej tal-Partit Laburista, li anke aħna nibdew proċess simili.

Kemm minn dak li għaddej fl-Ewropa, u kemm minn dak li ħassejt tul il-kampanja elettorali, waqt it-tħabbit bieb bieb għand iċ-ċittadini, pajjiżna jinħtieġ politika li l-mira ewlenija tagħha tkun li tqiegħed liċ-ċittadin fiċ-ċentru ta’ l-agenda politika. Dan jimplika twessiegħ, kemm fl-istanzi tal-konsultazzjoni, imma ukoll, u forsi aktar importanti, fil-proċessi tad-deċizjoni (”empowerment“).

Dan it-twessiegħ irid isir kemm fuq il-livell governattiv u anke fuq dak tal-Partit. Huwa kruċjali li l-poplu jħoss li l-partit qed imexxi ‘l quddiem l-aġenda taċ-ċittadin; li l-partit huwa l-vuċi tal-poplu. Inutli li l-partit ikollu aġenda mżewqa bi proposti tajbin, jekk il-poplu ma jkunx jidentifika ruħu biżżejjed ma’ dawn il-proposti.

Għal dan il-għan inħoss li l-Partit għandu jagħmel riforma importanti fejn f’sensiela ta’ laqgħat miftuha għall-kulhadd, li jsiru perjodikament, jisma’ mingħand il-poplu x’għandu xi jgħid l-istess poplu, kemm dwar il-politika attwali laburista u kemm dwar proposti ġodda. Barra minn hekk, inħoss li wasal iż-żmien, u dan jista’ jseħħ faċilment minħabba d-daqs ta’ pajjiżna, li meta l-Partit jiġi għal deċiżjonijiet ewlenin tal-politika tiegħu, bħal ma kien il-każ tal-politika ewropea laburista, jkun jista’ anke jikkonsidra li jorganizza referendum konsultattiv fost il-membri kollha tiegħu. B’hekk inkunu ċerti, li d-deċiżjoni li nieħdu fl-istrutturi nterni, tkun tirrifletti s-sentimenti ta’ firxa akbar ta’ nies. B’dan il-mod ukoll, il-membri laburisti jkollhom konvinzjoni akbar għax ikollhom “ownership” tal-politika Laburista, meta jiġu biex iwasslu l-messaġġ tal-Partit.

Dan il-ftuh għal sehem akbar mill-poplu fl-agenda politika tal-Partit (u eventwalment tal-pajjiż) nixtieq insejjaħlu bħala “People’s Labour”; kunċett li jirrifletti dak li għaddej fost il-partiti sħabna fl-Ewropa biex iwieġbu għal realtà komuni għalina lkoll, fl-istess waqt li jkun adattat għaċ-ċirkostanzi tagħna bħala pajjiż. Fil-ġimgħat li ġejjin se nkompli nispjega aħjar kif nixtieq li flimkien, inħaddmu dan il-kunċett.

Illum - 27 ta' April 2008"

No comments: